Music Video

Featured In

Credits

KOMPOSITION UND LIEDTEXT
Bernie and Pod
Bernie and Pod
Songwriter:in

Lyrics

Niftakar fi tfuliti
f'dawk il-ġranet tal-Milied
kulħadd kien ferħan bi ħġaru
ħalli nżejnu l-klassijiet
Mill-iskola għad-duttrina
forsi nirbħu xi bambin
wara ġirja għal għand in-nanna
biex tagħtina biskuttin
Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena
x'valur għandu fost il-ġemgħa?
Kun int li tnissel l-għaqda f'dal-Milied
Abbatini lkoll niltaqgħu
għall-quddiesa tal-Milied
wieħed minna jgħid il-prietka,
il-bqija nisimgħu fis-skiet
Wara lura d-dar ninġabru
tazza te u xi pudina
imbagħad wara taħt is-siġra
naraw x'rigali ser jagħtina
Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena,
għal xi wħud iqabbeż demgħa,
Kun int li tnissel l-ferħ f'dal-Milied!
Illum kbirna u ż-żmien għadda
ħadd ma jerġa' jġib iż-żmien,
it-tfulija tal-imħabba
qisha fjura fl-isbaħ ġnien.
Iżda f'qalbna nibqgħu ngħożżu
l-memorji u d-drawwiet
żmien li jibqa' jgħix ġo qalbna
żmien li jnessi kull inkwiet
Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
f'dan iż-żmien tal-Milied
insa l-firda u insa l-ġlied,
kun int li tnissel l-għaqda f'dal-Milied!
Flimkien... Dal-Milied
Int u jien... Dal-Milied
Flimkien... Dal-Milied
Ningħaqdu lkoll... Dal-Milied
Written by: Bernie and Pod
instagramSharePathic_arrow_out