Featured In

Credits

KOMPOSITION UND LIEDTEXT
Bernie and Pod
Bernie and Pod
Songwriter:in

Lyrics

Ilmaħtek fil-bogħod titbissem fil-kwiet
tidħakli bis-serqa, saħħartni bis-skiet
imfawwar bil-ġmiel
bħall-ġamar fil-lejl
dak il-wiċċ
Int ġawhra tad-dinja f'ħajti twelidt
bħal djamant mill-isbaħ, li fl-aħħar jien sibt
bit-tjieba u bl-għożża
int l-aqwa ġojjell
ta' kull żmien
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem
Int fjura mill-isbaħ, kulur fjurit
li tfewwaħ u ssebbaħ qlub imsewdin
twarrad f'Rebbiegħa
int l-isbaħ għalija
b'dak il-ġmiel
Bexxaqtli xofftejk u ħmaru ħaddejk
ħallejtni nintilef fil-ħarsa t'għajnejk
f'dan in-namur
inħoss li int żgur
il-futur
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem
Ħelwa tal-għaġeb
idħakli fis-skiet
fl-imħabba urini
li tħobbni bla tmiem bla tmiem
Written by: Bernie and Pod
instagramSharePathic_arrow_out